Il-fondazzjoni Puttinu Cares irringrazzjaw lill-kok Sean Gravina tal-inizjattiva sabiħa tiegħu mal-pazjenti ċkejknin tar-Rainbow Ward fl-Isptar Mater Dei.
Gravina ħejja ħafna ikel mill-aqwa għat-tfal li qed jirċievu l-kura għall-kanċer u għall-ġenituri u l-ħaddiema li jieħdu ħsiebhom fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Prosit ta' dan il-ġest tant sabiħ, Sean!