Il-kok u preżentatur popolari Ingliż Ainsley Harriott jinsab f'Malta fejn qed jiffilmja episodji mis-serje ġdid tiegħu hawn. Ainsley jsegwuh għandu aktar minn 106,000 utent ta' Instagram, u kien hemm bosta Maltin li kienu tant sorpriżi bil-miġja tiegħu lejn il-gżejjer Maltin.
Fosthom kien hemm eatsbyemily.mt li kkummentatlu, "Oh wowww! Merħba f'Malta!" Mid-dehra Ainsley kellu ċ-ċans li jduq bosta ikliet u prodotti Maltin, ħa diversi ritratti madwar il-gżira, u anke ltaqa' ma' Maltin li fil-fatt ser jidhru fis-serje tiegħu ukoll!
Hu kiteb, "Minn stuffat eċċezzjonali sa frawli friski, kellna jiem mill-aqwa nduqu fi triqitna madwar ir-reġjun tan-naħa ta' fuq ta' Malta. Qegħdin niltaqgħu ma’ nies mill-isbaħ tul il-vjaġġ tagħna u ma nistax nistenna sakemm tarawhom fuq il-programm!"
Il-kok jinsab bi tbissima kbira f'kull ritratt li ħa, hekk kif jidher li tant qed jieħu gost u jgawdi l-vjaġġ tiegħu fil-gżejjer Maltin. Issa kien imissu li jmur lejn Għawdex!