Wiċċ Daniel żgur li mhux ġdid, dejjem nistennew u naraw b'liem kunċett ħa joħroġ u x'ħa jivvinta. M'għandux kwiet imma dawk li jħobbu l-ikel, u ngħiduha kif inhi, ftit huma dawk li ma jħobbux l-ikel dejjem jieħdu gost jaraw biex ħareġ u jipprovaw xi ħaġa minn taħt idu.

Ritratt: Facebook / Danny Breezy

Bogħod mix-xena tal-ikel, Daniel fuq il-profil tiegħu ħabbar li għadu kemm addotta żewġ qtates żgħar. Intruduċihom mas-segwaċi tiegħu bħala t-tfal tiegħu u talabhom jagħtu merħba lil Rocca u Nala. Kif tħares lejn dawn iż-żewġ krejaturi ma jistax ma jisirqulekx qalbek.

Ritratt: Facebook / Danny Breezy

Kien hemm bosta li faħħru dan il-ġest, hawn ħafna qtates u kif ukoll klieb li qegħdin ifittxu nies li jrabbuhom u jieħdu ħsiebhom, f'diversi santwarju madwar Malta u Għawdex. Dawk li forsi jixtiequ annimal, għandhom jadottaw u mhux jixtru.


Emil Calleja Bayliss