F'kumment minn Matthew Carbonoro, li hu l-uffiċjal inkarigat mill-midja tal-Klabb hu għaddha messaġġ importanti ferm li ddeċidejna li nippubblikawh.
Il-messaġġ jgħid, "Il-Valletta Football Club jiddeplora mingħajr riservi, l-att kodard li sofra aktar kmieni matul il-lejl li għadda s-Segretarju Ġenerali tal-Floriana FC Dione Borg meta l-karozza tiegħu allegatament ġiet mogħtija n-nar. Il-klabb juri s-solidarjetà mas-Sur Borg filwaqt li jittama li l-persuna jinqabad u jitressaq quddiem il-Ġustizzja."
"Sadanittant, il-Klabb huwa mħasseb u jirriserva s-setgħa diskrezzjonali, għal kwalunkwe azzjoni li tista' twettaq, fuq allegazzjonijiet prematuri li jidhru prinċipalment fuq il-midja soċjali, speċjalment minn uffiċjali minn klabbs tal-futbol lokali u partitarji oħra, li jallegaw li tali att vandaluż kien orjentat lejn il-futbol."
"Il-Valletta Football Club jistieden lil dawn il-persuni u kull persuna oħra biex jersqu 'l quddiem u jissostanzjaw l-allegazzjonijiet tagħhom mal-Pulizija Eżekuttiva. Allegazzjonijiet mingħajr ebda evidenza soda tikkontribwixxi biss biex tnissel u toħloq tensjoni f’mument daqstant delikat għall-Futbol Malti meta għandhom jittieħdu ċerti deċiżjonijiet importanti."