Il-paġna tal-klabb ‘Birkirkara St. Joseph Sports’ żvelat li se jkollhom jagħlqu l-bibien tagħhom kontra qalbhom wara 50 sena miftuħin jagħtu kontribuzzjoni lill-komunità.

Huma spjegaw li kienu qed isibuha iżjed diffiċli jkomplu joperaw minħabba ċertu bidliet amministrattivi. Il-President Raymond Grech spjega li spiċċaw bla riżorsi minħabba dawn il-bidliet.

Huma kitbu, “Il-klabb iħares lura bi kburija lejn dak kollu li rnexxielu jagħmel u s-sens ta’ komunità li rnexxielu jibni matul dawn is-snin.” Huma qalu wkoll li huma kunfidenti li l-legat tagħhom ser jibqa’ għal dejjem.

Bosta kitbulhom b’qalb imnikkta, bħall-klabb ‘Bike it up’ li kiteb, “Dan il-klabb kien dawl ta’ passjoni u komunità, se jħalli marka nkredibbli fuq l-ambjent sportiv kollu ta’ Malta, mhux iċ-ċikliżmu biss."

Facebook / Birkirkara St. Joseph Sports Club u Bike it up


Gabriella Borg