Il-paġna uffiċjali It-Temp Madwarna ħabbret aktar kmieni dalgħodu t-temp għall-jiem li ġejjin. It-temperatura jidher li ser tinżel ġmielha hekk kif mistennija tkun baxxa daqs 11°C.

Fil-fatt għall-ħamest ijiem li ġejjin jidher li minn nhar l-Erbgħa sa nhar il-Ġimgħa t-temperatura ser tkun dejjem taħt l-għoxrin; l-Erbgħa ser titla' sa 19°C, il-Ħamis sa 17°C u l-Ġimgħa madwar 18°C. Mill-banda l-oħra l-kesħa ser tkun preżenti hekk kif it-temperatura msitennija tonqos sa 12°C nhar il-Ħamis.

Nhar is-Sibtf'xi waqtiet hemm ċans li titla' sa 21°C u tinżel 15°C. Il-Ħadd ser tkun l-aktar waħda kiesħa peress li mbassar li t-temperatura li ħa jkollna se tinżel sa 11°C. Dakinhar il-massima ser tilħaq is-17°C, l-istess bħal nhar il-Ħamis.

X'taħseb minn dawn il-figuri? Kuntent bihom?


Kyle Zarb