Il-pets nistgħu ngħidu li huma l-aqwa ħbieb ta’ sidhom. Meta wieħed ikun il-bogħod mill-pet żgur li se jħoss in-nuqqas tiegħu.

Chicca, li hija kelba tar-razza Border Collie, marret l-ITU biex tara lil sidha. Sfortunatament, dan bħalissa qiegħed fl-ITU f’Viterbo l-Italja, għaliex jinsab pożittiv għall-Covid-19.

Is-sid talab sabiex dan ikun jista jara lil Chicca u l-ħaddiema ta’ dan l-isptar ħadu ħsieb kollox sabiex din ix-xewqa tkun possibbli.

F’mumenti bħal dan, l-annimali żgur jagħmluk tħossok ftit aħjar. L-imħabba li juruk huma hija kbira.

dog

italy24news


Henzley  Bezzina