Fabian mit-tim ta' Xarabank tkellem mas-segretarju ta' Floriana FC, Dione Borg li dan wieġeb fuq dak li ġara lbieraħ. Kif irrapurtajna xi ħadd ħaraq il-karozza ta' Dione Borg. Diona jgħid li "...Pparkjajt il-karozza fejn sibt viċin ġo għalqa,  fortunatament ma pparkjajtx il-karozza fejn kien ikun hemm numru ta' karozzi għax kienet issir traġedja".

Dione jgħid ukoll li kienet proprju l-kelba tiegħu li għarfitu bli kien qed jiġri, "il-kelba bdiet tinbaħ b'mod qawwi u ħriġt nittawwal u rajt il-karozza tiegħi fjamma.  Rajt persuna taħrab minn fuq il-post bi scouter, ftit sekondi wara li kien ħaraqli l-karozza, ma għaraftux".

B'xorti tajba l-ġar ta' Dione għandu l-kameras li ġibed il-filmat ta' dan l-att. 

Dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-fosos tal-bieraħ, Dione qal li jiddispjaċieħ ħafna, "...Riżorsi li nwaqqfu n-nies ma kellniex, jien waqafthom in-nies, iżda bil-koperazzjoni tal-pulizija waqqafna n-nies" jgħid Dione. 

Fid-dawl tal-messaġġ li tkellmet Prof. Charmaine Gauci, Dione qal li "...Sejjer nagħmel it-test". Segwi l-intervista nteressanti li Xarabank għamel ma' Dione Borg. 


Anthony Baldacchino