F’jum l-omm Bjorn Formosa kiteb messaġġ ħelu lil Marija: “Minkejja li m'aħniex ġenituri, bi pjaċir inħabbru li għandna membru ġdid fil-familja tagħna.”

Huwa spjega kif “Dan il-kelb ġie mgħoti lilna bhala rigal minn donatur li xtaq jgħin lir-residenti ta' DAR Bjorn billi jkollhom 'pet therapy'.”

Bjorn qal li l-kelb “Jismu DAR u hu għalina l-mimmi ta' għajnejna. Ma jgħajjatx 'MA' imma dan il-kelb hu d-dell ta' Maria u jqisha bhala ommu. B'hekk nista' għall-ewwel darba nawgura lil Maria f'dan il-jum speċjali. F'dawn il-ġimgħat li ilu magħna ġabilna ħafna ferħ!”

Bjorn għalaq il-messaġġ tiegħu billi irringrazzja lil martu Maria “ta' kemm tieħu ħsiebi u tieħu ħsieb liċ-ċkejken tagħna DAR.”


Nicole Zammit