Is-segwaċi ta’ Harry Potter li jimmisjaw l-maġija tal-films huma ta’ xortihom tajba hekk kif il-kast se jerġa’ jingħaqad biex jimmarka 20 sena ta’ maġija tal-films.

Ir-rijunjoni speċjali se tittella’ fuq HBO Max u se tintwera fl-Ewwel tas-Sena 2022. Ir-rijunjoni se tiċċelebra 20 sena minn mindu ħareġ l-ewwel film ta’ Harry Potter, li l-anniversarju tiegħu ġie ċċelebrat lura f’Novembru. Se tfakkar ukoll 10 snin minn meta ntemmet il-franchise bl-aħħar film, Harry Potter and the Deathly Hallows Part 2.

Min se jkun qed jirritorna?

  • Daniel Radcliffe (Harry Potter)
  • Rupert Grint (Ron Weasley)
  • Emma Watson (Hermione Granger)
  • Helena Bonham Carter (Bellatrix Lestrange)
  • Robbie Coltrane (Hagrid)
  • Jason Isaacs (Lucius Malfoy)
  • Gary Oldman (Sirius Black)
  • Imelda Staunton (Dolores Umbridge)
  • Ralph Fiennes (Lord Voldemort)
  • Tom Felton (Draco Malfoy)
  • James Phelps (Fred Weasley)
  • Oliver Phelps (George Weasley)
  • Mark Williams (Arthur Weasley)
  • Bonnie Wright (Ginny Weasley)
  • Alfred Enoch (Dean Thomas)
  • Matthew Lewis (Neville Longbottom)
  • Evanna Lynch (Luna Lovegood)
  • Ian Hart (Professor Quirrell)

Bernard Xuereb