Timmaġinak tieħu ngħasa sakemm tasal mix-xogħol għad-dar? Mhux waqt li tkun f’post il-passiġġier iżda wara t-tmun tal-karozza!

Hekk ġara ġewwa Kalifornja, u taħsbux li f’xi triq imwarrba iżda f’waħda traffikuża.

Clint Olivier, sewwieq ieħor li lemaħ lil dan is-sewwieq jieħu ngħasa, qal lill-mara tiegħu li kienet passiġġiera miegħu biex tiġbed filmat ta’ dan. Is-sewwieq qal li l-karozza kienet għaddejja b’manjiera tajba ġewwa l-korsija u għaddejja b’madwar 70 mil fis-siegħa.

Il-karozzi Tesla huma minn tal-ewwel li qed iħaddnu t-teknoloġija tal-autopilot, iżda l-kumpanija tisħaq li meta l-karozza titpoġġa fuq autopilot, is-sewwieq għandu jibqa’ attent għat-triq bl-istess mod daqs li kieku qed isuq hu.


Luke Borg