Wieħed mill-Karnivali l-aktar popolari fid-dinja huwa dak ta' Rio fil-Brażil li beda jsir fil-format viċin ta' kif isir illum fl-1900. Iżda l-Karnival f'Rio jmur lura saħansitra għas-sena 1640. Imbagħad, mitejn sena wara saru l-ewwel maskeruni f'din l-isfilata tant popolari.
L-Afrikani nfluwenża dan il-karnival bis-sħiħ permezz tal-introduzzjoni ta-mużika Samba fl-1917. Illum, is-samba hija meqjusa bħala l-mużika tradizzjonali Brażiljana.
Ritratt: www.riocarnival.org
Skont is-sit uffiċjali tal-Karnival ta' Rio jidher li kollox għaddej normali fejn il-preparamenti huma diġà fl-aqwa tagħhom għaliex biex torganizza attività kbira bħal dik, trid il-ħin u x-xogħol. Intqal ukoll li qed isiru spekulazzjonijiet biex itelfuhom milli jkollhom l-attendenzi tas-soltu wara li ta' din is-sena kien imħassar minħabba Covid-19.
Tgħid hawn pajjiżi li qed jilagħbu logħba fejn joħolqu 'fake news' biex it-turiżmu jibqa' l-aqwa f'pajjiżhom stess?!
Ritratt: https://www.riocarnaval.org/carnival-date/rio-carnival-2021