Wara sentejn ta’ restrizzjonijiet u programm tal-Karnival ridott, Pjazza San Ġorġ ser tixgħal mill-ġdid bil-brijju u l-kuluri tal-isfilata tal-karnival permezz ta’ diversi stallazzjonijiet li rajna fi Frar li għadda.
Fil-programm hemm ukoll il-kompetizzjonijiet taż-żfin b’kostumi mill-isbaħ, li tant hu magħruf għalihom il-karnival ta’ Malta.
Il-Qarċilla ser terġa’ tieħu postha quddiem il-Katidrall ta’ San Ġwann nhar is-Sibt u l-Ħadd bejn l-4pm u t-8pm b’kitba ta’ Ċikku l-Poplu u taħt id-direzzjoni ta’ Joseph Galea.
Is-Sibt filgħodu l-arena tilqa’ t-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom għall-karnival tat-tfal b’esebizzjoni mill-isbaħ mill-kumpaniji taż-żfin tal-kategorija Ċ u bosta skejjel taż-żfin oħra.
Ritratti: Sebio Aquilinia
Programm mill-isbaħ għal din l-edizzjoni speċjali li żgur ta’ min niċċelebraw. Għal min jixtieq ikun fil-pjazza, il-biljetti jinsabu għall-bejgħ fuq festival.mt
Ritratti: Sebio Aquilinia