Aġenzija Sapport għadhom kif ħarġu l-aħbar ta’ niket li sfortunatament ħalliet din id-dinja waħda mill-impjegati tagħhom, Sue Sammut.
Huma ddeskrivewha bħala persuna dedikata li dejjem kienet tnissel tbissima kull fejn tkun.
Sellmet il-memorja tagħha wkoll il-kollega Melanie Magri li fissret kif “eluf ta’ nies li kellhom bżonn is-servizz tagħha kienet tilqagħhom bi tbissima”.
“Din hija ħasda u xokk għalina kollha, imma żgur li dak li bnejt magħna jibqa’ hawn, u nkomplu nimxu bil-pożittività li ħallejt u li dejjem għaddejt lilna u lill-klijenti tagħna,” temmet tikteb b’sogħba.
Tistrieħ fis-sliem!
Facebook / Sue Sammut