Il-Karba Ta’ Student Malti!

Iż-żagħżugħ Bradley Cachia kiteb artiklu bit-titlu Lil Żagħżugħ Malti Bħali. Jitkellem dwar “il-ġlieda kontinwa bejn gladjatur aħmar u ieħor blu.” Apparti dawn iż-żewġ gladjaturi, hemm l-ispettaturi li jċapċpu għal dak kollu li jagħmel il-gladjatur li jiffavorixxu.





Bradley jagħti seba’ pariri li wieħed jagħmel tajjeb jekk jsegwihom. Iż-żagħżugħ jappella biex fin-nies ma narawx kuluri, iżda jgħidilna “ħudu l-opportunità biex tiddiskutu dak li temmnu fih sabiex tgħinu lil xulxin taħsbu b’mod aktar kostruttiv.” Jgħid li m’hemm xejn ħażin li wieħed jassoċja ruħu ma’ partit partikolari, iżda ma rridux ikunu fanatiċi żżejjed. Fl-aħħar Bradley jappella, “inti l-unika tama li pajjiżna għandu sabiex din in-neċessità li tkun aħmar u blu tinqata’.”

Bradley Cachia tkellem ma’ Gwida.mt u qal li jekk ma nitgħallmux li rridu ningħaqdu u ninsew il-kuluri, Malta ma tistax timxi ’l quddiem.” F’kumment esklussiv qalilna li permezz ta’ dan l-artiklu ried iwassal il-messaġġ “li l-vera progress, jasal meta dil-mentalità tinqata’ llum qabel għada.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI