Il-Kappella ta’ San Anard li tagħmel parti mad-dar tal-Barunessa f’Ħaż-Żabbar inbniet fis-sena 1656, ġifieri verament tagħmel parti kbira mill-istorja ta’ Malta. L-isem ‘id-Dar tal-Barunessa’ ġie minħabba li din il-kappella waqgħet taħt l-idejn tal-Barunessa Maria Casici Casolani.
Sfortunatament, wara l-gwerra r-residenza sfat abbandunata iżda l-kappella baqgħet miftuħa fis-snin sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor. Wara li programm imxandar fuq it-TV wera din id-dar u r-rikezzi tagħha, spiċċat misruqa u vvandalizzata, u filfatt issa għadha abbandunata u qed titfarrak kull ġurnata li ddum minsija.
L-Għaqda Madonna Tal-Grazzja appellat għall-manutenzjoni sabiex din il-kappella ma tintilifx, għaliex jekk dan ikun minn, tintilef ukoll parti kbira mill-istorja ta’ Malta. Tkun tassew xi ħaġa sabiħa li kieku din il-kappella terġa tibda tintuża!
Facebook / Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883