Nhar il-Ħadd li ġej, 7 ta' Lulju bejn id-9 u l-11 ta' filgħodu, il-kappella tal-Lunzjata f'Ħal Millieri se tkun miftuħa għall-pubbliku.

Deskrizzjoni tar-ritratt mhux disponibli.

Mill-villaġġ ta' Ħal Millieri, limiti taż-Żurrieq, fadal biss żewġ knejjes. Din hija l-aħjar waħda minnhom. 

Deskrizzjoni tar-ritratt mhux disponibli.

Il-knisja tal-Lunzjata nbniet fis-seklu 13, iżda l-knisja preżenti tmur lura għall-1480. Fuq ġewwa tista' tara bosta affreski li aktarx saru f'dan iż-żmien u juru numru ta' qaddisin. 

Minħabba li l-villaġġ tbattal min-nies, il-kappella sfat abbandunata, u kien biss fis-sebgħinijiet li ġiet restawrata. Arkitettonikament, il-kappella hija medjevali, b'arkati tipiċi u bankijiet tal-ġebel. 

Deskrizzjoni tar-ritratt mhux disponibli.

Id-dħul biex iżżur din il-kappella huwa b'xejn iżda jkun tajjeb li wieħed jagħti xi donazzjoni ċkejkna sabiex tinżamm din il-kappella. 

Facebook / Din l-Art Ħelwa - Public Forum


Kylie Ann Chircop