Dil-ġimgħa xi Maltin reħewlha għal Ayia Napa ġewwa Ċipru sabiex isegwu u jagħtu s-sapport lit-Tim Nazzjonali Malti kontra ċ-Ċiprijotti.

Qabel il-partita dawn marru ġewwa bar f’Ayia Napa sabiex jieħdu gost flimkien u anke jżommu lilhom infushom divertuti bil-mużika. Waħda mill-kanzunetti li ndaqqu hemmhekk kienet il-kanzunetta ‘Tkellimni Xejn’ ta’ Simpatiċi, fejn kulħadd qabad ikanta magħha kif semgħuha.

Anke wara dawn is-snin kollha li spiċċa Simpatiċi, din il-kanzunetta baqgħet ħajja u qed tindaqq f’diversi postijiet f’Malta.  


Henzley  Bezzina