Qarrej tagħna xtaq jaqsam messaġġ ta’ apprezzament u fl-istess ħin mument li ħassu kburi. Dan il-qarrej spjega li waqt li kien qiegħed iżur il-Gergja, f’żewġ postijiet differenti sema’ l-kanzunetta ta’ Miriana Serving, u l-esperjenzi kienu tassew memorabbli.

Qal li l-ewwel darba li semagħha kien ħdejn il-Friendship Monument, li jinsab fil-parti ta’ fuq tal-Gorgja. Hekk kif waslu ħdejn il-monument, b’mod mhux mistenni bdiet tindaqq Serving, u huwa qal li dak li ħass f’dak il-mument kien inkredibbli.

Spjega li ma kienx biss minħabba s-sbuħija tal-post, imma għax ma kienu qed jistennew xejn simili, speċjalment li jisma’ kanzunetta Maltija f’ambjent daqstant 'il bogħod minn pajjiżna u sabiħ.

Żied jgħid li t-tieni darba li semagħha kienet f’restorant żgħir u tipiku Ġorġjan, waqt li kien qed jieħdu l-kolazzjon. Hu ddeskriva dak il-mument bħala wieħed li wassallu sodisfazzjon kbir, li diffiċli jesprimi bil-kliem.

Huwa esprima kemm ħass kburija li l-kanzunetta ta’ Miriana waslet sa hemm u li saħansitra kienet qed tindaqq f’dawk il-postijiet. Temm billi awgura lil Miriana l-isbaħ xewqat għall-Eurovision, u qal li hija diġà qed tmiss il-qlub, anke lil hinn minn xtutna.


Emil Calleja Bayliss