Selena Gomez, kantanta rinomata madwar id-dinja kollha, ser tagħlaq 32 sena jumejn oħra u ħasset il-bżonn li tirrifletti xi ftit.


Fuq il-paġna tagħha ta’ Instagram hi kitbet, “Wara ħafna riflessjoni nirrealizza li qed joqrob għeluq snini, 32. Jiena vera grata li mdawwra bi bnedmin li jgħinuni nkun persuna aħjar u jfakkruni ġurnata wara ġurnata li kull mument huwa rigal. Dawn l-affarijiet iferrħuni wisq. Nirringrazzja lil Alla għall-ħajja li għandi bħalissa.”


Kemm hi xi ħaġa sabiħa li minkejja li hi rinomata bħala kantanta mill-aqwa madwar id-dinja kollha, hi xorta tapprezza l-mumenti ż-żgħar u l-bnedmin li tant iħobbuha u jixtiqulha l-ġid. Nawgurawlha iżjed snin ta’ ferħ!

Instagram/ selenagomez


Gabriella Borg