"Qed nieħu pawża għal ftit u nirrifletti fuq dawn l-aħħar ftit xhur intensivi biex inwassal messaġġ ta' gratitudni, determinazzjoni, u perseveranza," kitbet il-kantanta Marilena Gauci fuq Facebook.
Kompliet, "Jien grata ħafna għall-isfidi u l-pressjoni li ġejt wiċċ imb wiċċ magħha meta għażilt li nsegwi t-triq individwali tiegħi. B'hekk, sibt saħħa profonda fija nnifsi u f'individwi tal-ġenn li jien qed naqsam il-ħolm tiegħi magħhom.
Temmet billi kitbet, "Jalla lkoll nagħżlu li ma naqtgħux qalbna meta affaċjati b'xi diffikultajiet. Jalla lkoll niftakru li djamant ileqq permezz tal-pressjoni li jintefa' taħtha. Jalla lkoll nagħżlu li nleqqu."