Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar il-programm Milied f'Għawdex ta' din is-sena kif ukoll il-mistiedna speċjali għall-attività ta' lejlet l-ewwel tas-sena fil-gżira Għawdxija. Fil-fatt, mis-26 ta' Novembru sat-8 ta' Jannar f'Għawdex se jittella' programm b'għadd ta' avvenimenti għall-familja kollha. Is-Sibt 26 ta' Novembru se jingħata bidu għall-festeġġjamenti tal-Milied b'kunċert b'xejn fit-Teatru Astra, il-Belt Victoria. Il-qofol jintlaħaq lejlet l-ewwel tas-sena bi spettaklu mill-aqwa fil-Belt Victoria bil-parteċipazzjoni ta' diversi kantanti lokali u tal-mistiedna internazzjonali Inna, magħrufa fost l-oħrajn għall-kanzunetti Sun is Up u Amazing.

Camilleri radd ħajr lill-organizzaturi, lill-voluntiera, u lill-impjegati taċ-ċivil għall-ħidma tagħhom sabiex l-edizzjoni tal-Milied f'Għawdex tkun suċċess u sabiex t-toroq u l-pjazez madwar il-gżira jiżżejnu għal dawn il-festi tal-Milied.

DOI


Bradley Cachia