Il-ferħ li ġġib miegħu tarbija hu wieħed li diffiċli tispjegah bil-kliem u numru ta' koppji jiddeċiedu li jsiru jafu s-sess tat-tarbija qabel titwieled. Oħrajn ikunu jixtiequ li jħalluha sorpriża. Mhux kulħadd l-istess iżda ċertament wieħed jifhem li l-koppja tkun trid tagħmel l-għażla tagħha ssirx taf jew le.
Il-kantanta Cherise flimkien mar-raġel tagħha ddeċidew li jridu jkunu jafu jekk hux ħa jkollhom tifel jew jekk hux ħa jkollhom tifla. Huma ġa ġenituri ta' tifel ta' madwar sentejn. Infatti l-koppja ddeċidew li anke lilu jinkluduh meta jħabbru jekk hux se jkollhom tifel jew tifla. Minħabba li l-pandemija kienet għadha ftit b'saħħtiha lura f'Jannar huma ddeċidew li jistaqsu lil dawk qribhom biex jipprovaw jaqgħtu x'ħa jkollhom.
Araw is-sorpriża li għamlu hawn bejn dawk l-aktar qrib tagħhom. Mill-ġdid nawguraw li Cherise u lil Bjorn l-isbaħ xewqat!
Instagram / Cherise Attard