Il-kantant veteran u kompożitur lokali, mil-lum ħa jkun qed jibda avventura mużikali ġdida u differenti minn dik li ħafna nafuh biha. Hu ħa jkun qed jingħaqad mat-tim ta' Campus FM 103.7 sabiex iwasslilna programm mimli b'mużika jazz.

Programm li ħa jibda jixxandar kull nhar ta' Tlieta fil-17:30, b'ripetizzjoni kull nhar ta' Erbgħa fit-15:00. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, Paul jgħid li hemm mużika mill-aqwa pjanata għal dawk li jħobbu tant dan il-ġeneru u wkoll għas-semmiegħa li jħobbu mużika tajba.

Hu jħajjar lin-nies sabiex jisimgħuh u jieħu gost li jilqa' l-kummenti tagħhom. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'din l-avventura ġdida!

Scerri Harkins - Facebook / Fleur Balzan


Emil Calleja Bayliss