Il-kantant Malcolm Pisani jsellem liz-ziju tiegħu li għadu kemm ħalliena b'messaġġ mill-aktar emozzjonanti u mimli imħabba, "Tir 'il fuq, l-aqwa ziju li qatt kelli. Inti dejjem se tibqa' tixgħel f'qalbi u tibqa' għażiż fit-tifkiriet tiegħi."
F’dan il-mument ta' telfa, Malcolm Pisani qed jaqsam mal-pubbliku s-sogħba u l-gratitudni tiegħu għall-memorji sbieħ li se jibqa’ jżomm f’qalbu għal dejjem.
F’isem Gwida, nibagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Malcolm u lill-familja kollha f’dan iż-żmien diffiċli.
Facebook / Malcolm Pisani