Unur ieħor għat-talent Malti hekk kif il-kantant lokali Nathaniel Attard ġie magħżul fost l-għaxar finalisti li ħa jkantaw waqt il-festival Sanremo Canta Napoli. Dan il-festival ħa jsir bejn it-22 u l-24 ta' Settembru 2021 fejn Nathaniel ħa jkun l-uniku barrani fost il-parteċipanti Napolitani. 

Miegħu ser tingħaqad għal dwett il-kantanta Phylisienne Brincat f'waħda mis-serati. Majello Marilanda tinsab kburija b'dan is-suċċess tal-kantant Malti. "Għal din il-ħolma biex ħa ssir realtà, għal Sanremo Canta Napoli għamilna biċċa xogħol tajba. Nirringrazzja lill-awtur D'Ambrosio, lill-kompożitur Benincasa imma fuq kollox lil Nathaniel u Phylisienne talli studjaw b'reqqa l-lingwa Naplitana fi ftit jiem..." Majelo tirringrazzja anke lill-ġenituri ta' Nathaniel tal-appoġġ kontinwu biex dan il-kantant wasal fejn wasal.

Nathaniel ħalla anke messaġġ fuq il-profil tiegħu biex jesprimi l-ferħ u s-sodisfazzjoni li qed iħoss.

Prosit u Awguri mill-qalb Nathaniel!


Gwida.mt