Illum niċċelebraw il-65 sena tal-kantant Bryan Adams, li twieled il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru fl-1959 f’Kingston, Ontario, il-Kanada. Adams huwa magħruf l-iktar għall-ġeneru leġġendarju tar-Rock, li għamel impatt kbir fuq l-udjenza madwar id-dinja, kif ukoll għall-vuċi qawwija tiegħu u l-lirika li jikteb mill-qalb.
Adams ħa l-fama fl-80's bl-album tiegħu “Reckless,” li fih il-kanzunetti popolari li bosta jafu bħall-“Summer of '69’”u “Heaven.” Matul il-karriera tiegħu ta’ erba’ deċenni, Adams kiseb numru ta’ premjijiet, inklużi diversi Grammy Awards u l-induzzjoni fil-Hall of Fame tal-Mużika Kanadiża.
Barra minn hekk, Adams huwa magħruf ukoll għall-isforzi fil-qasam tal-karità tiegħu, li jappoġġja diversi kawżi permezz ta’ kunċerti u fondazzjonijiet fil-karità. L-impenji tiegħu lejn il-mużika u l-bniedem jgħinu biex ispiraw il-fans madwar id-dinja, inkluż Malta.
Filwaqt li niċċelebraw lil Bryan Adams f’dan il-jum speċjali tiegħu, ejjew niċċelebraw il-mużika li tolqot lill-maġġoranza u li bosta mill-kanzunetti għadhom u ħa jibqgħu ħajjin magħna tul ħajjitna!
Facebook / Bryan Adams