Waqt iċ-ċerimonja fost il-kantanti li waslu kien hemm tal-Ġermanja, Jendrick, li għamel xi ħaġa li biha ħalla impatt. Apparentament qabad ritratt żgħir ta' dawk il-kantanti li ma jistgħux ikunu preżenti waqt iċ-ċerimonja u waħħalhom mal-ġlekk fuq sidru. Fosthom hemm Destiny!
Ir-ritratti l-oħra huma ta' Rafal mill-Polonja, Montaigne mill-Awstralja, Dadi & Gagnamagnid mill-Islanda u ROXEN mir-Rumanija. Destiny xerrdet ritratt li ħadulu t-tim tal-Eurovision fejn qalulu "Int stilla! Inħobbuk", bħala apprezzament ta' dan il-ġest.
Il-Ġermanja ser tkun irrappreżentata minn Jendrick bil-kanzunetta I don't feel hate. Ser jieħdu sehem fil-finali tas-Sibt 22 ta' Mejju 2021.