Illum il-kaboċċ u ommu Ines kienu mistiedna fuq  il-programm ta’ TVM Gourmet Challenge.

Waqt il-kompetizzjoni bejniethom it-tnejn, Ines sajjret lampuki filwaqt li l-kaboċċ sajjar għaġin Carbonara.

It-tnejn jidher li marru tajjeb ħafna, iżda l-kaboċċ ma laħħaqx fil-ħin u għalhekk tnaqqsulu xi punti.

Għalhekk spiċċat biex rebħet il-kompetizzjoni Ines. Talli tilef, il-kaboċċ ingħata kastig mingħand  Daniel Grech, li huwa chef u parti mill-ġurija tal-programm. Daniel Grech qallu li għal ġimgħa sħiħa jrid jaħsel il-platti hu.

Waqt il-programm Ines kienet ukoll sfidata biex isajjar b’id waħda, filwaqt li l-kaboċċ kien sfidat li jitfa’ 7 marshmallows f’ħalqu u jitkellem bihom.

Gourmet Challenge huwa programm ippreżentat minn Daniel Grech u Philippa Zammit li jittella’ kull nhar ta’ Hamis fis-18:30.

Facebook / Gourmet Challenge


Maria  Desira