Il-Jum Internazzjonali tal-Kejk, iċċelebrat kull sena fit-26 ta’ Novembru, hija festa globali ddedikata għall-ħlewwiet favoriti tagħna. Din il-ġurnata tiġbor flimkien lid-dilettanti tal-kejk minn madwar id-dinja biex jiċċelebraw l-arti tal-ħami, ir-riċetti tradizzjonali, u l-kreattività fit-tisjir.

Il-kejkijiet, simbolu ta’ ferħ u ċelebrazzjoni, għandhom post speċjali f’kulturi differenti. Minn kejkijiet f’kikkra għal dawk spettakolari mimlijin dettalji, hemm varjetà li taqbel ma’ kull togħma. Il-Jum Internazzjonali tal-Kejk jinkoraġġixxi lil kulħadd biex jesperimenta fil-kċina, jaqsam riċetti favoriti, jew sempliċement igawdi biċċa kejk f’kumpanija tajba.

Din il-ġurnata mhix biss dwar il-gost li tiekol il-kejkijiet iżda wkoll dwar l-għaqda li tista’ ġġib magħha. Tista’ tkun okkażjoni biex tiltaqa’ mal-familja jew ħbieb, li tiċċelebra mumenti speċjali, jew anke titgħallem xi ħaġa ġdida dwar il-kultura tal-ħami.

Kemm jekk hu xi Red Velvet, kejk tal-lumi, jew kejk bil-frott, kulħadd jista’ jsib xi ħaġa biex jiċċelebra. Illum, ieqaf ftit u ħu biċċa kejk! Bix-xieraq hux!


Emil Calleja Bayliss