Hekk kif jagħmlu ta’ kuljum, National Archives of Malta għoġobhom jaqmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn interessanti u nostalġika rigward parti minn Malta fl-antik. Illum tkellmu dwar metodu li uża Granmastru biex iħajjar lin-nies imorru jgħixu ġewwa Raħal Ġdid, metodu li tista tgħid li ħadem.

Huma qalu, “Il-Granmastru Antoine de Paule ried iħajjar lin-nies imorru joqgħodu Casal Nuovo jew Casal Paola (Raħal Ġdid);   għalhekk ta indemnità lill-midjunin li jsiru residenti hemm. F’dan il-dokument tal-1641, Giovanni Battista Ferrari jitlob lit-Triubunal Armamentorum biex jitwaqqfu proċeduri kontrih dwar dejn ta’ tmenin skud li kien jaf lil Anontio Lanfranco għaliex issa kien mar joqgħod Casal Paola.”


Charlton Cefai