Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom it-temp previst għal tmiem din il-ġimgħa.

Huma qalu, “Il-Ġimgħa xemxi b'riħ forza 3 Ilbiċ. Temperatura l-għola tmiss il-35°C. Is-Sibt ftit imsaħħab b'riħ forza 3 punent Ilbiċ. Temperatura l-għola tmiss is-37°C. Il-Ħadd ftit imsaħħab għal bidu li jsir xemxi bi ftit sħab aktar tard mal-jum. Riħ jibda forza 4 għal 5 majjistral li jnaqqas sa wara nofsinhar għal forza 3. Temperatura l-għola tmiss il-35°C.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “UV index 10. Umdità bħalissa 65 %. Temperatura tal-baħar 27°C.”


Charlton Cefai