“Aħna bhala nazzjon bi storja ta’ ‘l fuq minn 7,000 sena jixirqilna bandiera aħjar għaliex il-George Cross qed juri mument biss fl-istorja kollha. B’liema jedd jiġi re barrani u jistampalek il-bandiera għal dejjem?”

Dan kien kliem Charles Xuereb meta fuq il-programm Family Affair fuq Net TV immexxi minn Eileen Montesin sostna li l-bandiera Maltija għandha mat-800 sena daqs in-Notre Dame ta’ Pariġi li meta nħaraq bkejna u staqsejna x’se jiġri minnu, mentri aħna fuq il-bandiera ħallejna salib ta’ ħaddieħor.

Charles jgħid li dan hu s-salib tal-kap tal-Knisja Anglikana protestanta basta aħna niftaħru li aħna Kattoliċi.

Ikompli jostsni li hawn Malta ma jaf b’ħadd u bl-ebda entità li biex juri li hu Malti juri l-George Cross iżda lkoll nuru s-salib ta’ Malta minflok.

Inti x’għandek xi tgħid dwar dan? Taqbel ma’ Charles Xuereb?

Ritratt: Family Affair/Facebook


Clifford Galea