Il-Ġenituri Ta’ Jean Paul Sofia Jieħdu L-Unur Ta’ Ġieħ Ir-Repubblika

Illum 13 ta’ Diċembru ingħataw l-unuri ta’ Ġieħ ir-Repubblika u dan l-unur tant mistħoqq ingħata fost l-oħrajn lill-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-kap tal-opożizzjoni Bernard Grech tkellem dwar dan fejn beda billi qal, “sodisfazzjon kbir li John Sofia u Isabelle Bonnici, il-ġenituri ta' Jean Paul ħadu l-unur ta' Ġieħ ir-Repubblika.”

Żied billi qal, “f'Lulju li għadda nnominajt lil John u Isabelle għal dan l-unur għax huma simbolu ta' unità nazzjonali, imħabba u ġustizzja.  Il-ġenituri taż-żagħżugħ kienu fost 17-il persuna jew grupp li ngħataw Ġieħ ir-Repubblika. Awguri lil kull min ingħata dan l-unur.”

Awguri mill-qalb!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI