Sfortunatament aktar kmieni dalgħodu tħabbret it-telfa ta’ Simon Spiteri, dilettat kbir tal-Hibernians FC u missier ta’ żewġt itfal. 

Bosta qed isellmulu fuq il-midja soċjali, fosthom martu Rita Spiteri, li kitbet: “Għażiż raġel, ninsab bla kliem, tlift il-battalja. Jien kont hemm sal-aħħar nifs. Int tlaqt imma qatt mhu se ninsewk. Kont inħobbok, għadni u nibqa’ għal dejjem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu għażiż tiegħi. Grazzi ta’ dak kollu li għamilt għalina.” 

Il-ġurnalista tal-isports Sandro Micallef qal li “Tlifna ħabib! Il-futbol Malti tilef dilettant veru. Hibernians FC x'aktarx tilfu n-number 1 fan tagħhom. Tlifna ħabib għażiż. Ġellied ieħor fil-ġenna.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Simon Spiteri, u lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. 

Facebook/Simon Spiteri/Sandro Micallef


Nicole Barbara