Għaddejjin ġmielhom il-preparamenti ta' Mister u Miss Supranational, hekk kif għada numru ta' kontestanti ħa jkunu qed jikkompetu għal dawn it-titli prestiġġjużi. L-ispettaklu ta' Mister Supranational Malta ħa jkun qed jibda fis-14:00 ta' wara nofsinhar filwaqt li l-ispettaklu ta' Miss Supranational ħa jkun qed jibda fis-19:00 ta' filgħaxija.

Żgur li mistennija taqtigħa missielta biex ġuvni u tfajla jirbħu dan it-titlu li jwassalhom biex jirrappreżentaw lil Malta f'Miss u Mister Supranational fil-Polonja f'Awwissu. Id-diretturi lokali ta' dan il-konkors huma Jean Zammit u Lorraine Sultana.

Min ħa jkun ir-rebbieħ maskili wara Yosef Vassallo li rrappreżenta lil pajjiżna l-aħħar fil-Polonja u min ħa tkun ir-rebbieħa femminili wara Rebecca Pace?

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lid-diretturi u lill-parteċipanti kollha l-isbaħ xewqat għal għada, kif ukoll nawgurawlhom għall-vjaġġ li hemm jistenniehom.


Emil Calleja Bayliss