Tista' tgħid li dan il-filmat li hawn, hawn taħt jitkellem waħdu. Iżda jidher li dan hu filmat meħud minn maltempata li seħħet fil-passat. Hemm min qed jgħid li din maltempata mill-2012 u hemm min qed jallega li din hi maltempata mill-2018. 

Minħabba l-ammont kbir ta' xita li niżlet tul l-aħħar sigħat, kien hemm min assuma li x-xita kontinwa li ma waqfitx waslet sabiex il-wied tal-Imsida jispiċċa mgħerreq kompletament. Tliet sewwieqa li għaddew minn hemm għamlu kuntatt ma' Gwida.mt sabiex jikkonfermwalna li għalkemm hemm ftit ilma mhux ħażin, m'hemmx dan l-għargħara li qed jidher fil-filmat t'hawn fuq. 

L-appell biex wieħed jevita l-Imsida tajjeb li wieħed jieħdu u joqgħod attent! Aħna rnexxielna nsibu filmat tal-għargħar li kien laqat il-wied tal-Imsida lura f'Settembru tal-2012. Jidher li l-filmat hu simili. 


Gwida.mt