Il-Fiżjoterapista Malti Jean Paul Bianco Jwettaq Studju Interessanti Immens Fil-Qasam Tal-Isports

Jean Paul Bianco, fizjoterapista li kien gradwa lura fl-2017 mill-Universita’ ta’ Malta, tkellem ma’ Gwida.mt dwar studju.

“Bħalissa xogħli huwa bbażat mas-servizz primarju pubbliku, fejn nittratta pazjenti bil-limitazzjonijiet tagħhom ta’ funzjoni minħabba uġigħ, problemi muskulari, problemi fil-ġogi u kif ukoll problemi ta’ nervituri.” 

Jispjega li dejjem kien xtaq li jaħdem viċin atleti sportivi b’mod professjonali. Għalhekk ħadem biex ikabbar l-għarfien tiegħu dwar dan. Jitkellem ukoll dwar l-isfidi li fiżjoterapista jsib fl-isport.



Jean Paul Bianco



“Importanti li r-riċerki ġodda li jinħarġu fil-qasam ta’ riabilitazzjoni fl-isport, kif ukoll kull korriment għandu l-mod tiegħu biex tavviċina u tfejjaq dak/dik l-atleti u tkun kapaci tirritorna lejn l-isport fl-inqas perjodu qasir. Għalhekk din l-esperjenza professjonali kienet ta’ ispirazzjoni għat-teżi tiegħi waqt il-Masters in Strength and Conditioning.” 

L-għan ewlieni f’din ir-riċerka li wettaq Jean Paul kien li jesplora “mod aktar faċli ta’ kif wieħed jista’ jivvaluta s-saħħa u l-profil tal-muskolu tal-hamstring f’atleta ghal meta jkun wasal biex jirritorna għall-isport wara l-operazzjoni ACL (Anterior cruciate ligament).”

F’Malta ssir mat-300 operazzjoni ACL fid-dinja tal-isport kompetittiv. B’din ir-riċerka, Jean Paul juri modi differenti kif tevalwa l-muskoli tal-hamstring, u li m’hemm l-ebda mod li hu biss it-tajjeb.



Jean Paul Bianco 2

“Anzi ħareġ li hi ta’ importanza kbira li dejjem għandna nikkunsidraw l-isport tal-atleta kif ukoll nevalwaw l-atleta minn lenti differenti billi nittrattaw kull aspett u moviment li jinħoloq mil-muskolu tal-hamstring.”

Jean Paul jesprimi gratitudni lejn dawk kollha li għenuh f’dan l-istudju interessanti u li se jħalli l-frott, fosthom l-Iskema ta’ Scholarships Sportivi, ffinanzjata mill-Gvern ta’ Malta.

“B’hekk irnexxieli nilħaq dak li dejjem xtaqt, li nkompli l-istudji tiegħi barra minn Malta. Din l-opportunità fetħitli ħafna toroq ta’ xogħol u kif ukoll kabbart l-iżvilupp personali u professjonali. Bl-għajnuna tal-fondi, kelli ċ-ċans li nkun parti mill-campus ġewwa University of St Mary’s, f’Twickenham.”

Jean Paul Bianco 3

Hemm iltaqa’ ma’ professjonisti ta’ livell għoli fil-qasam tal-isport kif ukoll tal-fizjoterapija. Dan wassal biex Jean Paul iservi ta’ investiment sod għall-futur tas-servizz pubbliku.

Nawgurawlek minn qalbna Jean Paul, u Prosit tassew!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI