Il-Ministru Michael Farrugia ħabbar li ħareġ mill-isptar u se jkun qed ikompli l-bqija tal-kwarantina fid-dar tiegħu.

Huwa qal li waqt li kien qed jagħmel is-self monitoring irriżulta li wieħed mill-parametri seta’ ma kienx normali, u għalhekk ingħata l-parir biex jiddaħħal l-isptar għal aktar testijiet, fejn dawn ma wrewx kumplikazzjonijiet u baqa’ kollox stabbli. B’hekk il-Ministru Farrugia seta’ joħroġ mill-isptar u jkompli l-kwarantina ġewwa daru.

Farrugia rringrazzja lit-tobba, konsulenti u lill-istaff tal-għajnuna li tawh u x-xogħol li għamlu miegħu. Irringrazzja wkoll lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.

Nawguraw lill-Ministru Michael Farrugia fejqan ta’ malajr.


Henzley  Bezzina