Intervistat waqt 'Popolin', il-preżentatur John Bundy isemmi illi l-faqar tal-lum huwa bil-wisq agħar minn dak tal-imgħoddi. Huwa jisħaq li fost oħrajn, it-tfal qiegħdin jiġu mċaħħda milli jsibu lil ommhom tistennihom id-dar meta jirritornaw mill-iskola.
"Illum il-faqar tant sar kattiv li meta t-tfal imorru lura d-dar ma jsibu lil ħadd jistennihom," spjega Bundy, li ddeskriva dan ix-xorta ta' faqar bħala wieħed bil-wisq "iktar serju" minn dak finanzjarju.
John jispjega kif tul dawn l-aħħar snin rajna bidla fl-istruttura tal-familja hekk kif f'diversi familji Maltin iż-żewġ ġenituri qed ikollhom joħorġu jaħdmu, b'konsegwenza li l-ulied ibatu mil-faqar tas-solitudni.
"Veru li hemm iċ-childcares li jgħinu lill-familja, imma mhux xorta faqar jibqa' dan," temm jistaqsi Bundy.
Intom x'taħsbu?