Kelb b'diżabilità jidher li ġie rrifjutat darbtejn minn xi persuni li kienu ħa jadottaw fil-bidu. Jenkins Maria, li tant tgħin lill-annimali jsibu familja li tagħtihom l-imħabba u l-kenn, xerrdet li Ace, kelb bi tliet saqajn, sab persuna li tħobb lill-annimali b'imħabba kbira. Dan mhu ħadd ħlief Jurgen Mallia Coqqos, li jiġi ħu l-mibki Ramiro.

Jurgen huwa s-sid li madwar sentejn ilu sfortunatament nqatlulu żewġt iklieb li tant rabba b'għożża. Storja ta' swied il-qalb u lanqas tista' timmaġina l-weġgħa li tħoss jekk ma tkunx esperjenzajtha.

Fil-fatt kienet il-familja ta' Ramiro li adottat lil Ace, u diġà wrew l-imħabba li se jagħtuh. Jenkins Maria tikteb, "Il-gut feeling tiegħi għazel lil Jurgen Mallia Coqqos, u vera ma fallilix din id-darba. Arawh ħej lil Ace." Kienet ċertament ta' sodisfazzjon u ferħ kbir meta tara annimal jiġi adottat u mogħti l-imħabba. 

Prosit lil Jenkins Maria tal-ħidma tagħha, kif ukoll lil Jurgen u lill-familja kollha tal-ġest imprezzabbli tagħhom. 


Kyle Zarb