Il-paġna ta' Facebook ta' Puttinu Cares tellgħet kitba li fiha rringrazzjat lil familja ta' Joseph Ellul ix-Xlukkajr għad-donazzjoni ta' €1900 li ġabret waqt il-funeral tiegħu. 

Ellul, li kellu 38 sena minn Marsaxlokk, u kien impjegat ma’ Wasteserv, tilef ħajtu fl-inċineratur tal-biċċerija nhar it-Tlieta li għadda. 

It-tim ta' Puttinu jagħti "l-Kondoljanzi lill-maħbuba tiegħu Bernice Bugeja kif ukoll lill-familjari kollha."

Prosit lill-familja tal-ħsieb!


Marija Bellia