Il-kantant lokali Wayne Micallef għadu kif ħabbar li sar missier! Missier ta' Mason, l-iżgħar membru fil-familja Micallef sa issa! 

Wayne kiteb dwar dan fuq il-midja soċjali fejn esprima l-emozzjonijiet ta' ferħ tiegħu u l-gratitudni tiegħu lejn martu.

"Merħba fid-dinja lit-tifel sabiħ tiegħi, inlaqqakom ma' Mason, twieled fis-26 ta' Settembru 2022. X'esperjenza tal-ġenn u mill-aqwa. Is-sabiħa marti hija inkredibbli, kuraġġuża, speċjali... tassew l-ommijiet kollha huma hekk"

Awguri Wayne!


Kyle Zarb