Nhar it-Tnejn, 28 ta' Settembru tibda drama ġdida fuq TVM li qed tiġbed ħafna nteress, 'L-Ispettur'. Xogħol tal-bravissimu Mario Philip Azzopardi. La ħa ssemmi lil Mario, mela hemm siġill ta’ professjonalità u serjetà.
F'intervista li ser tiġi ppublikata nhar il-Ħadd 4 t'Ottubru fuq GWIDA, Mario Micallef (L-Attur Prinċipali) jgħidilna, "Din hija xi ħaġa totalment differenti minn produzzjonijiet oħrajn. Ħdimt daqslikieku qed nagħmel produzzjoni barranija. Il-kitba ta’ L-Ispettur hija reali, tmissha u taraha fit-toroq kullimkien praċett".
Għall-filming tal-ispettur, Mario Micallef waqqaf il-produzzjonijiet li kellu ma' kumpaniji oħrajn sabiex jiffoka fuq id-drama u l-karattru. Għamel tliet xhur jagħmel 'L-Ispettur' biss biex jibqa' fil-karattru.
"Il-familja għexet miegħi żmien diffiċli! Kont diffiċli jien id-dar, ma nistax ma nammettix. Sempliċiment kont inkun fil-kamra tiegħi, kont nistudja l-linji. Il-mara tiegħi Nathalie kienet ittektikli fuq il-bieb u tistaqsini jekk irridx li taqlibli l-ikel. Kont naħtafha u ngħidilha, “Issa ġejt,mhux issa meta ngħidlek jien”. Jien m’iniex salvaġġ hekk, qatt m’għamilthom dawn l-affarijiet. Imma tant kont ikkonċentrat fuq ħaġa waħda biss li bdejt nirreaġixxi hekk" jgħidilna Mario.
Ħerqanin biex naraw il-prodott aħħari.