Joseph Agius, wieħed mill-ħames preżentaturi ta' Indigo, kellu l-familja Cassar mistiedna fuq is-sufan tiegħu. Hu qal, "Kien ta' unur u pjaċir kbir li lbieraħ fuq Indigo kelli ċ-ċans nitkellem ftit mal-familja Cassar fuq memorji sbieħ minn Simpatiċi. Dora, Joe, Jason u Ruth. Grazzi kbira Frida, Hermann, Kurt u Rachel."

Hermann Bonaci tkellem kif bdiet l-idea ta' Simpatiċi. Hu qal li l-ispirazzjoni kienet ġiet minn sensiela Ingliża, u kollox beda minn Frida li kitbet sitt scripts li għaddiethom lil Lino Grech u Lino kien ħerqan li jiżviluppahom. Huma jistqarru li Lino Grech ma tantx kien konvint li jinkludi l-kelba iżda Frida malajr ikkonvinċietu u Lino sar iħobb lil Buttons verament, tant li anke kiteb 13-il episodju mdawrin magħha.

L-ewwel episodju kien ixxandar fl-1999 fuq ONE u minn hemm tista' tgħid li ma ħarsux lura u l-proġett kien suċċess enormi. Wieħed jista' jsegwi l-intervista sħiħa kollha HAWN.


Emil Calleja Bayliss