Storja ta' qsim il-qalb meta wieħed iżomm f'moħħu l-ġid kollu li għamlu tul dawn l-aħħar 119-il sena. Storja li dehret fuq is-sit Times of Malta li tkellmu mas-Soru Magadelene Cauchi dwar il-fatt li l-Creche f'tas-Sliema għalaq il-bibien tiegħu fi Frar ta' din is-sena.

Ħafna żgur li jiftakru lis-Soru mill-grupp Eklessia Sisters li kienu ttantaw xortihom fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Love & Let Go, kanzunetta ddedikata lill-anġli li jieħdu ħsieb. Kanzunetta li kienet spiċċat ġiet it-tieni fil-vot tal-pubbliku fil-Malta Eurovision tal-2014/2015. 

Tajjeb li ngħidu li l-għeluq tad-dar jaqa’ f’konformità mal-politiki tal-Unjoni Ewropea, li qed jitolbu d-de-istituzzjonalizzazzjoni tat-tfal taħt it-tliet snin. Dan għaliex qed isiru sforzi mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jiżguraw li kemm jista’ jkun tfal jitrabbew f’ambjenti ta' familja aktar milli f’istituzzjonijiet.

Is-soru li tkellmet ma' Times of Malta tammetti "waqa’ kwiet fuq id-dar" meta l-crèche kienet qed tagħlaq. Hi żżid tgħid, "Bkejna. Aħna kkonslajna lil xulxin. Iżda, b’passat bħal tagħna, meta taħseb dwar kemm ibbenefikaw trabi u familji mis-servizzi tagħna, mhix xi ħaġa li tibki, hija xi ħaġa li tiċċelebra."

Hi tgħid, "Anke jekk il-bibien tagħna għalqu, xorta nsibu mod kif ngħinu lil dawk li l-aktar għandhom bżonnha bl-ikel, ħwejjeġ, prams u playpens, fost affarijiet oħra. U nagħtu mill-qalb." Wieħed jista' jara l-istorja u l-filmat tagħha billi jidħol HAWN.


Emil Calleja Bayliss