Ħafna huma dawk li qed imorru jqattgħu ġurnata f'xi pool jew ieħor ġewwa xi lukanda f'pajjiżna jew inkella f'xi postijiet attrezzati apposta fejn wieħed jiddevertu u jgħaddi ftit ħin ma' sħabu jew inkella mal-famijari tiegħu.

Issa li wieħed ra żieda sostanzjali fil-każi, waqt l-intervista li l-Professur Charmaine Gauci kellha fuq is-sit Times of Malta, segwaċi staqsa lill-Professur Gauci jekk hemm xi perikolu li l-Covid-19 tittieħed mill-ilma tal-pool. Il-Professur Gauci assigurat li dan mhux possibbli għax il-Covid-19 tittieħed minn persuna għall-persuna oħra.

B'hekk wieħed jista' jserraħ moħħu meta jmur f'xi pool lokali sakemm iżomm id-distanza soċjali. Il-Professur Gauci fakkret li huma taw il-permess li dawn jinfetħu iżda biex jassiguraw li ma jkunx hemm ħafna nies ġo xulxin, il-postijiet jistgħu jaċċettaw biss nofs il-kwantità li ssoltu kienu jieħdu.

Barra minn hekk, hu rrakomandat li wieħed joqgħod man-nies li jattendi magħhom u ma jidħolx f'xi gruppi oħra biex jekk għal li jista' jkun ikun hemm xi każ pożittiv, dan ma jinfiridx.


Emil Calleja Bayliss