It-taħriġ fiżiku huwa mportanti ħafna fil-ħajja mgħaġġla tagħna, u mportanti nżommu bilanċ u ma ninsewx saħħitna. Min imur sagħtejn sal-gym wara x-xogħol, u min jippreferi xi logħba futbol jew sessjoni Zumba. Għall-kantanta u għalliema tal-vuċi, Pamela Bezzina, dan tagħmlu billi żżur ftit lill-ħabiba tagħha Rachel Micallef, magħrufa aħjar bħala Ruth ta’ Simpatiċi!

F’diversi ritratti li qasmet Pamela fuq Facebook, tistqarr li Rachel tgħinna ħafna ssib lilha nnifisha waqt it-taħriġ fiżiku li jkollom.

Tħossok tajba meta tisfida l-limiti ta’ ġismek…tħossok tajba meta titrenja…u tħossok tajba meta tagħmel xi ħaġa għalik innifsek biss! Grazzi Rachel tal-persistenza u gwida tiegħek!

Hawnhekk inħossni mwielda mill-ġdid..wara xi ġimgħat ta’ xogħol qatiegħ, kelli naqta’ ftit u mmisjajtu ħafna! Grazzi tat-tortura Rachel!

L-ispirazzjoni totali tiegħi…Li kieku mhux għall-persistenza tiegħek, ma namilx affarijiet ta’ din ix-xorta…

Huwa ċar li r-relazzjoni ta’ dawn it-tnejn tmur lil hinn mit-taħriġ fiżiku, u japrezzaw dak li joffru f’ħajjet xulxin!

Facebook / @pam018


Luke Borg