Il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li l-konferenza ta' kull nhar ta' Ġimgħa fin-12:30 ħa tieqaf għalissa. Dan għaliex iħossu li ma hemmx bżonn li din tibqa' ssir ta' kull ġimgħa peress li bħalissa l-każijiet naqsu u ilhom baxxi għal dawn l-aħħar ftit ġimgħat.

Il-Professur Charmaine Gauci serħet moħħ kulħadd li huma xorta waħda ħa jibqgħu disponibbli għall-mistoqsijiet li jinqalgħu. Hi qalet li wieħed jista' jċempel fuq il-helplines aċċessibbli li jkunu lesti li jwieġbu l-mistoqsijiet li jinqagħlu.

Hi kompliet tgħid li anke mistoqsijiet mill-ġurnalisti jistgħu jsiru u l-kuntatt ħa jibqa' hemm.

Facebook / Charmaine Gauci


Emil Calleja Bayliss