F'dinja fejn illum tirrenja t-teknoloġija, il-kompjuters, it-tablets u l-mowbajls, illum aħna ta' Gwida.mt xtaqna niftakru ftit f'dawk il-logħob li konna nilgħabu fis-snin tmenin.

Apparti ovvjament il-ħruġ barra u l-ġiri bil-ballun fit-toroq, ħafna konna noqgħodu ngħaddu sigħat twal nilgħabu il-famużi board games li kienu jgħaqqdu familji sħaħ filgħaxijiet peress li kien ikollok bżonn ħafna iktar minn persuna waħda biex tilgħabhom.

board 1 

Min jiftakar din il-logħba? 

board 2

Jew Battleship?

board 3

Din kienet waħda minn dawk il-famużi wkoll.

board 4

F'din kuħadd kien jitgħawweġ ma' xulxin, u iktar ma jkun hemm nies iktar tidħak.

board 5

Din għadhom isiru anke kompetizzjonijiet tagħha imma dak iż-żmien kienet ħafna iktar popolari mil-lum.

board 6

Min jiftakar din? Jien kont nilgħabha ħafna.

board 7

F'din konna noħolqu straġi sħiħa u iktar konna ndumu ntellgħu it-torri milli nilgħabu.

board 8

Fuq din kien hemm anke programm fuq it-televiżjoni.

board 9

Min jaf kemm il-kelma tgħallimna b'din il-logħba!

Iżda fl-aħħar mill-aħħar naħseb li l-iktar logħba popolari ta' dak iż-żmien u logħba li għadha tintlgħab sa llum il-ġurnata mhi xejn ħlief...

monopoly

Jien din l-iktar li kont inħobb. U inthom?

Oh żmien ħelu kemm għaddejt malajr!


Neville Refalo